TVM - Telexiri - 11 ta' Novembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Telexiri li xxandar fil-11 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafi 19, 20 u 23 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif ukoll lis-Sur Mario Micallef u lis-Sur Alex Abela li dehru għall-istazzjon.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddecidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ tali ksur, l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb l-istazzjon.