TVM - Quick Keno - 27, 28 ta' Novembru u 1, 2 ta' Diċembru 2008




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża dwar ir-reklam Quick Keno li xxandar fuq TVM fis-27 u fit-28 ta’ Novembru u fl-1 u t-2 ta’ Diċembru, 2008. 
                  
Fl-akkuża ġie allegat li kien hemm ksur tal-paragrafu 5.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi ta’ l-2007, dwar Reklamar, dwar Logħob ta’ l-Ażżard fuq is-Servizzi tax-Xandir, peress li xxandar reklam dwar logħob tal-azzard bejn is-18.45 u s-19.00 ta’ filgħaxija.

Wara li l-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon hija sabet li kien hemm ksur tal-liġi u wara li rat l-artikolu 41 u l-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ elf, mija u erbà u sitt Euro (€ 1,164) liema penali amministrattiva għandha titħallas fi żmien xahar mid-data tal-lum.

L-Awtorità ddiriġiet ukoll li TVM għandu jaqra sunt ta’ din id-deċiżjoni fil-bulettin principali tal-aħbarijiet ta’ TVM, mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa,13 ta’ Frar, 2009.