TVM - Ħadd Għalik - 14 ta' Novembru 2011




Akkuża fir-Rigward ta’ L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ TVM dwar il-programm Ħadd Għalik li xxandar fl-14 ta’ Novembru, 2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 13(2)(a) tal-Att Dwar ix-Xandir, meta waqt l-imsemmi programm wieħed mill-parteċipanti u ċjoè d-Dentist Herbert Messina Ferrante instema’ jidgħi u jsemmi l-isem ta’ Alla għalxejn f’numru ta’ okkażjonijiet.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Reuben Zammit, Manager tal-Programmi ta’ TVM, lil Ms Angie Laus u lis-Sur P J Vassallo f’isem il-produzzjoni.

L-Awtorità qablet li dan kien nuqqas serju u li aġir ta’ dan it-tip kien deplorevoli u indubjament inaċċettabbli, aktar u aktar waqt programm li jixxandar f’ħin li fih il-familja kollha tista’ tkun qed issegwi.

L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż tal-fatt li din ma kinitx l-ewwel darba li avvera ruħu nuqqas ta’ dan it-tip fl-imsemmi programm u kif ukoll rat il-filmat relattiv u iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, u għaldaqstant imponiet il-penali relattiva ta’ €1,160 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ dan l-avviż.