Press Release




Latest

 

Stqarrija għall-Istampa

22 ta’ April 2024

PR: 05/24

 

 

Fid-dawl tar-rapporti li dehru fuq il-mezzi tax-xandir, l-Awtorità tax-Xandir  tiċċara li l-għan tad-Direttiva dwar programmar u reklamar li tkopri l-perjodu ta’ kampanja elettorali hija li tinżamm level playing field bejn il-kandidati kollha. L-Awtorità tax-Xandir tiċħad li b’xi mod din id-Direttiva qed tiċċensura jew twaqqaf ir-rappurtaġġ marbut mal-President tal-Parlament Ewropew jew xi rapport li għandu x’jaqsam ma’ dak li qed isir fil-Parlament Ewropew. Anzi din l-istess Direttiva tħalli rappurtaġġ b’temi attwali u kurrenti jsir.

 

 

Fil-fatt Taqsima 3 (4) (iv) tgħid “Kull rappurtaġġ jew informazzjoni dwar dak li qed jiġri fil-Parlament Ewropew jew kull rapport li għandu x’jaqsam mal-President tal-Parlament Ewropew irid jiġi rrappurtat b’kawtela u tinżamm biss ma’ każijiet fejn huwa rappurtaġġ ta’ aħbar jew ta’ natura kurrenti”.

 

.

Press here for Press Releases Archive