Net TV - It-Tnejn l'Huma - 14 ta' April 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm it-Tnejn l’Huma li xxandar fl-14 t’April, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt rokna dwar l-ivvjaġġar ma kienx hemm distinzjoni ċara bejn l-element informattiv u dak reklamatorju.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur Etienne Mallia f’isem l-istazzjon u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li l-akkuża ġiet ippruvata u ddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ elf mija u sittin Ewro (€1,160) liema penali  kellha titħallas fi żmien xahar mil-lum.