Favourite Channel - Mitqlu Deheb - 13 ta' Ġunju 2012




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Favourite Channel dwar il-programm Mitqlu Deheb li xxandar fit-13 ta’ Ġunju, 2012 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

F’seduta li nżammet fis-17 ta’ Lulju, 2012 iċ-Chairman informa lill-membri li għas-smigħ ta’ din l-akkuża r-rappreżentanti tal-istazzjon ma kienux preżenti u sa dak il-ħin ma kienet saret l-ebda talba għal differiment.

L-Awtorità fiċ-ċirkostanzi qablet li l-aġir tal-istazzjon kellu jitqies bħala ammissjoni tal-ħtija u għalhekk ddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ €1,160 liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data ta’ din in-notifika.

26 ta' Lulju 2012