Favourite Channel- Cachet - 9 ta' Diċembru 2011




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Favourite Channel dwar il-programm Cachet li xxandar fid-9 ta’ Diċembru, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir kif ukoll paragrafi 13.1, 14.1(a) u 14.1(ċ) tal-Ħtiġijiet Dwar Standards u Prattika fuq Programmi li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ Ċerti Professjonisti fil-Kura Medika fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġijiet dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi li japplikaw għall-Prodotti u Trattamenti Mediċinali, meta waqt l-imsemmi programmi saru trattament tal-botox minn mistiedna regolari fil-programm u filwaqt li kien spjegat f’hiex kien jikkonsisti t-trattament fl-ebda mument ma ġew inklużi possibiltajiet ta’ konsegwenzi negattivi. In oltre, kien allegat li fl-istess rokna kien hemm element qawwi ta’ promozzjoni kummerċjali.

Peress li l-istazzjon naqas li jkun rappreżentat għal dan is-smigħ mingħajr avviż, l-Awtorità kkunsidrat dan l-aġir bħala ammissjoni u għalhekk l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur, iddeċidiet li kellha twiddeb lill-istazzjoni biex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.

7 ta' Marzu 2012