[06/20] - Qtugħ fit-trasmissjoni – Is-Sibt 23 ta Mejju 2020




Stqarrija għall-Istampa
21 ta’ Mejju 2020
PR 06/20

Qtugħ fit-trasmissjoni – Is-Sibt 23 ta Mejju 2020


L-Awtorità tixtieq tavża lill-pubbliku li nhar is-Sibt, 23 ta’ Mejju bejn it-0800 u s-1300 se ssir spezzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur.

Dan ix-xogħol meħtieġ sfortunatament se jikkawża qtugħ fit-trasmissjoni matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Se jsir sforz biex ix-xogħol jitlesta qabel; f’dan il-kaz, it-trasmissjoni tirritorna għan-normal qabel is-1300.

L-Awtorita’ tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
21 ta’ Mejju 2020